Kmieni it-Tnejn filgħodu, wara nformazzjoni li ngħatat lil Pulizija, waħda miż-żewġ karozzi klassiċi li nsterqu fl-aħħar jiem, instabet ġewwa Ħal Qormi.
Fl-aħħar jiem, Ford Escort Mk1 u Ford Cortina Mk1 insterqu minn Raħal Ġdid u s’ issa nstabet biss il-Ford Cortina Mk1 fl-akwati tal-Wied ta’ Ħal Qormi. Dawn il-karozzi, huma ta’ valur sentimentali għas-sid.
Kull min għandu xi nformazzjoni rigward dan il-każ, huwa ġentilment mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija fl-għassa ta’ Raħal Ġdid.