Mara ta’ ħamsa u tletin sena, raġel ta’ disgħa u għoxrin sena u żagħżugħ ta’ sittax-il sena ġew arrestati mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li allegatament instabu fil-pussess ta’ diversi qratas ta’ droga biex jiġu ttraffikati.
Minn tfittxija li saret fir-residenza nstabu ħamsa u erbgħin qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u qartas b’sustanza suspettata eroina.
Fid-dar membri tal-Pulizija sabu tarbija ta’ sitt xhur u tifla ta’ disa’ snin, fi stqarrija l-Pulizija qalet li dawn qed jinżammu temporanjament miċ-Child Protection Services.
Dawn t-tliet persuni qegħdin jiġu interrogati mill-pulizija b’rabta mal-allegat traffikar ta’ droga.
Il-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Kreditu: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta