Il-Pulizija Taljana sabet il-pittura tal-artist Banksy li kienet misruqa mit-Teatru Baraclan f’Pariġi f’Jannar tas-sena l-oħra.
Il-biċċa xogħol instabet fil-provinċja ta’ Teramo. Il-prosekutur li qed imexxi din l-investigazzjoni mistenni li jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha se jagħti aktar detalji dwar il-każ.
Banksy kien pinġa mural fuq il-bieb tat-teatru wara l-attakk terroristiku li kien sar f’Pariġi f’Novembru tal-2015, fejn waqt l-attakk kien mietu 90 persuna.