Il pulizija qed tinvestiga sejba ta katavru li nstab mixħut qalb l-arbuxelli f’Buġibba fl-akkwata magħrufa bħala Dawret il-Gżejjer.
Hu mifhum li l-pulizija identifikat li r-raġel huwa Malti ta’ 49 sena resident il-Mellieħa u li mill-investigazzjoni jidher li miet b’kawża naturali.
Ir-raġel ġie identitifkat mill-mobile li kellu fuqu. L-ebda sinjali ta’ vjolenza ma deheru fuq il-persuna. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Maurice Curmi u s-Surġent Glen Carabott. Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta li qed titmexxa mill-MaġistratDr J Mifsud LL.D li ħatar bosta esperti biex jassistuh fl-inkjesta.
Ritratt ta’ fuq: TVM.