Anzjan Ingliż ta’ 70 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ġrieħi waqt allegat argument ma’ numru ta’ persuni oħra.
Stqarrija mill-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-10:30am intalbet l-assistenza tagħha fi Triq it-Tartarun, f’Buġibba. Minn informazzjoni li għandu ONE News jidher li l-anzjan instab mixħut fuq bankina.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku. B’dan tal-aħħar ħa l-vittma l-isptar.
Intqal li żewġt anzjani Ingliżi ta’ 85 sena u 72 sena, li jgħixu San Pawl il-Baħar u Malti ta’ 72 sena minn Birżebbuġa, ġew arrestati mill-Pulizija.
Dwar dan il-każ ġie nformat il-Maġistrat tal-Għassa Antoine Agius Bonnici, li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.