Omm u ż-żewġt itfal tagħha nstabu mgħerqa wara li l-karozza tagħhom spiċċat fi xmara fl-Awstralja. L-iġsma tagħhom kienu rikoverati mix-xmara f’New South Wales wara li għamlet xita torrenzjali li segwiet iċ-ċiklun Debbie.
Tifla ta’ tmien snin irnexxielha isalva minn dan l-inċident li fih kienu involuti ħutha u ommha. Kienet propju hi li marret tiġri tgħajjat għall-għajnuna.
Il-pulizija Awstraljana qalet li minn tal-inqas tliet persuni oħra mietu fl-għargħar fl-Awstralja. L-awtoritajiet għadhom ma ħargux dettalji dwar il-vittma, iżda midja lokali qalet li dawn jinkludu tifel ta’ seba snin u tifla ta’ ħdax-il sena.