Ġiet ikkonfermata mejta Shani Louk, iż-żagħżugħa Iżraeljana, ta’ 23 sena, li nħatfet mill-Hamas waqt festival muzikali.
Dan skont kelliema għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan.
It-tfajla nħatfet mill-militanti tal-Hamas, nhar is-7 t’Ottubru u fuq video li ċċirkola online, dehret nofsha għarwiena u feruta, fuq pickup, akkumpanjata minn grupp ta’ rġiel armati.
Ommha kienet għarfet lil bintha mit-tattoos u l-kulur ta’ xagħarha.
Omm il-vittma ikkonfermat il-mewt ta’ bintha, u minkejja li ma nstabx il-katavru tagħha, instabet biċċa mill-għadma ta’ rasha, li qablet mad-DNA tat-tfajla.