Ġie rrappurtat li l-attriċi Michelle Trachtenberg, li saret famuża fid-disgħinijiet, mietet fl-età ta’ 39 sena.
Il-pulizija ta’ Manhattan qalu li,l-Erbgħa filgħodu, kienu ġew imsejħa b’emerġenza fuq il-post wara telefonata fuq il-linja 911 li mara kienet qed tesperjenza attakk tal-qalb.
Trachtenberg instabet minn ommha fl-appartament tagħha f’binja lussuża qrib Central Park.
Mal-wasla tal-ħaddiema tal-emerġenza hija kienet mitlufa minn sensiha u ma kinitx qed tirrispondi. Hija kienet iddikjarata mejta fuq il-post.
L-attriċi f’din l-aħħar sena kienet irċevit trapjant tal-fwied u hu maħsub li ġisimha seta’ rrifjuta l-organu, hekk kif l-ewwel indikazzjoni hi li l-mewta hija waħda naturali.
F’dan l-istadju l-mewt mhux qed tiġi trattata bħala waħda suspettuża sakemm l-eżaminatur mediku jiddetermina l-kawża.
Dan l-aħħar kienu ħafna li kkumentaw fuq id-dehra fraġli tagħha f’ritratti li tefgħet fuq instagram fejn kienet tilfet ħafna piż.
Trachtenberg kienet minn New York City u trabbiet Brooklyn. Hija bdiet il-karriera tagħha ta’ 9 snin f’serje ta’ Nickelodeon ‘The Adventures of Pete and Pete’. L-ewwel film tagħha kien ‘Harriet The Spy’ fl-1996 fejn kellha l-parti prinċipali. Bħala adulta qattet tliet snin fis-serje Buffy bħala oħt il-protagonista kif ukoll sitt staġuni f’Gossip Girl fil-parti ta’ Georgina Sparks.
Fl-2021 kienet allegat li d-direttur ta’ Buffy u Avengers Joss Whedon kien fiżikament abbużiv waqt l-iffilmjar u fuq Instagram kienet iddikjarat li kien ipprojbit milli jkun waħdu magħha fuq is-sett.
Kienu bosta l-artisti li kitbu fuq il-mezzi soċjali jikbu t-telfa tagħha.