It-timijiet ta’ tfittxija Indoneżjani rkupraw waħda miż-żewġ kaxxi suwed tal-ajruplan li ġġarraf nhar is-Sibt li għadda.
Il-kaxxa ttellgħat l-art, bl-awtoritajiet għadhom qed jipprovaw isibu r-recordings tal-vuċi tal-pilota fil-kabina. Din l-informazzjoni mill-kaxxa s-sewda tista tagħti ħjiel importanti dwar x’kawża l-ajruplan biex jiġġarraf.