Instabet il-pittura ta’ Pablo Picasso li ġiet misruqa disa’ snin ilu mill-Mużew Nazzjonali tal-Pittura f’Ateni, il-Greċja.
Il-Pulizija Griega qalet li l-arti ta’ Picasso nstabet flimkien ma’ pittura oħra ta’ Piet Mondrian.
Il-midja rrappurtat ukoll li uffiċjali tal-pajjiż arrestaw raġel Grieg, wara li l-pitturi nstabu fi sqaq.