Il-persuna li ma nstabx f’daru josserva l-kwarantina mandatorja għal ħames darbiet, instab f’daru waqt l-aħħar spezzjoni li saret mill-pulizija.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li mindu bdew l-ispezzjonijiet mill-pulizija biex jassiguraw li n-nies josservaw il-kwarantina mandatorja saru 1,205 spezzjonijiet f’Malta u f’Għawdex. Qal li wara l-ispezzjonijiet tal-lum ingħataw 11-il multa.
Il-multa għal min ma josservax l-obbligi tal-kwarantina hija ta’ €3,000 kuljum. Aktar qabel din il-multa kienet ta’ €1,000 kuljum.