Ir-raġel li kien imfittex mill-Pulizija wara li ttestja fil-pożittiv għall-virus COVID-19 ittieħed lejn l-isptar Boffa wara li nstab mill-Pulizija.
Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija qal li r-raġel kien qed jingħata l-għajnuna fil-klinika tas-Salib l-Aħmar f’Ħal Far, meta daħal fiċ-ċentru miftuħ qabel ma dan ingħalaq fuq kwarantina. Il-Pulizija temmet tikkonferma wkoll li dan ma kellu ebda kuntatt ma’ persuni oħra barra miċ-ċentru.