Uffiċjali Indoneżjani qalu li sabu l-kaxxa s-sewda ta’ titjira tal-kumpanija Lion Air li ġġarrfet viċin il-kosta ta’ Jakarta f’Ottubru.
Il-mija disgħa u tmenin persuna abbord kollha mietu meta t-ttijira JT610 waqgħet fil-baħar ftit wara li telqet mill-ajruport lejn Pangkal Pinang.
Dakinhar, il-pilot akien talab permess biex jerġa lura lejn l-ajruport iżda mbagħad intilef il-kuntatt.
L-investigaturi qalu li l-ajruplan esperjenza problemi tekniċi. L-ajruplan innifsu qatt ma nstab.