Il-kaxxa s-sewda tat-titjira JT 610 ta’ Lion Air instabet mill-bugħaddasa viċin il-kosta tal-Indoneżja.
L-ajruplan, li kien qed iġorr mija 89 persuna, iġġarraf ftit wara li telaq minn Ġakarta fil-jum tat-Tnejn.
L-ajruplan spiċċa fil-Baħar Java, u ma nstab ħadd ħaj u wisq anqas l-ajruplan Boeing 737 innifsu.
S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża l-inċident, għalkemm hemm rapport li l-ajruplan esperjenza problemi tekniċi f’titjiriet oħra.