Dak li deher bħala katavru ta’ bniedem taħt l-ilma, fil-Menqa ta’ Marsalforn, ma kien xejn għajr ġebla kbira. Ikkonferma dan kelliem għall-pulizija meta mitlub jgħid x’kienu r-riżultati ta’ tfittxija tard il-Ħadd filgħaxija fil-post fejn iktar kmieni din il-ġimgħa għeb żagħżugħ Ungeriż.
Fi tfittxja kienu involuti nies tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta li saħansitra użaw ħelikopter. Fid-dawl li l-ewwel indikazzjonijiet kienu li dan seta’ kien ġisem bla ħajja allura l-ħsibijiet marru fuq iż-żagħżugħ ta’ 17- il sena li ilu nieqes minn nofs il-ġimgħa meta Marsalforn inħakem minn maltemp qawwi u niżel jgħum.