Maya hi ġeru li ġeru li nstabet f’xifer il-mewt f’post abbandunat u msakkar minn kullimkien mingħajr ikel u xorb. Fortunatament, minkejja li nstabet fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha, hi kienet l-unika ġeru li salvat fejn sfortunatament ħutha ma kinux daqstant iffortunati. Id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimalif’Għawdex spjega kif din hi storja oħra ta’ qsim il-qalb li ltaqgħu magħha, fejn flimkien ma’ ħutha, Maya tħalliet għall-mewt mingħajr ebda ċans li ssalva. Iżda malli waslilhom ir-rapport, it-tim li jagħmel parti mid-Dipartiment dlonk telaq biex isalva lill-ġriewi iżda sfortunatament kienu kważi kollha tilfu ħajjithom minbarra Maya.
Maya hi ġeru ta’ madwar 10 ġimgħat li sfortunatament għandha kundizzjoni fil-ġilda li jikkawżalha l-pil kollu jaqa’.
Minkejja li għaddiet minn ħafna fil-ftit ġimgħat li ilha ħajja, Maya xorta waħda għadha tħobb lill-bnedmin u mill-ewwel uriet sinjali ta’ fiduċja f’dawk li salvawha minn xifer il-mewt.