Bomba nstabet fid-dar privata tal-eks President Amerikan Bill Clinton, li fiha tgħix ukoll l-eks kandidata għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Istati Uniti, Hillary Clinton. Jidher li din instabet minn persuna li kien qed iwassal xi ittri fid-dar tal-koppja.
Din it-theddida ġiet jumejn biss wara li bomba oħra tpoġġiet fid-dar tal-filantropiku liberali George Soros, li ukoll jgħix New York.