Madwar ħamsa u sittin elf resident fi Frankfurt ħarġu minn djarhom għal ġurnata biex esperti jkunu jistgħu jaħdmu fuq bomba kbira tat-Tieni Gwerra Dinjija li ma splodietx.
Il-pulizija qalet li l-operazzjoni biex tintefa l-bomba bdiet wara li saret l-ikbar evakwazzjoni li qatt saret fil-istorja Ġermaniża wara l-Gwerra.
Il-pulizija fittxew kull dar permezz ta’ apparat apposta biex jiġi assigurat li kulħadd ħareġ minn daru.
Iż-żona ta’ evakwazzjoni inkludiet sptarijiet, djar tax-xjuħ u l-bank ċentrali Ġermaniż.
Jingħad li hemm mijiet ta’ eluf ta’ bombi mhux sploduti ta’ żmien il-gwerra mal-Ġermanja kollha.