Instabet b’gerżumtha mċarrta minn naħa sa oħra. Hekk sostna l-Ispettur Matthew Spagnol f’xhieda mill-aktar profonda fil-każ tal-qtil ta’ Caroline Magri.
L-ispettur kien mar jinvestiga l-każ wara li ġie infurmat li nqatlet omm ta’ tminn t’itfal.
Hija kienet instabet mixħuta fuq sodda f’appartament f’San Ġiljan.Waħda mit-tfal ta’ Magri mal-ewwel ippuntat subgħajha lejn sieħeb il-vittma.
Djibril Ganiou ta’ 33 sena mit-Togo jinsab mixli bil-qtil u fil-Qorti deher mingħajr ma’ kellu assistenza legali.
Dan wara li skont l-avukat tiegħu, Giannella De Marco, sostniet li l-akkużat naqas li jħallasha tas-servizzi legali.
L-ispettur żied jgħid li l-vittma kienet magħrufa mal-pulizija minħabba inċidenti li kien hemm bejnha u l-akkużat.
Filfatt ir-raġel kien tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna feriti ħfief fuq il-vittma.
Huwa kien ħarab mill-kustodja tal-pulizija u wara li reġa’ tressaq il-Qorti kien twaqqa’ l-każ minħabba li l-vittma ħafritlu.