Dalgħodu, fekruna tal-baħar biedet fil-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa. Din ir-raba’ bejta ta’ fekruna f’pajjiżna, f’dan l-istaġun, ġiet ikkonfermata waqt ronda fuq il-bajja minn voluntiera ta’ Nature Trust Malta.
Dan tħabbar fi stqarrija konġunta mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA u Nature Trust Malta.
Intqal li filwaqt li din l-aħbar hi waħda pożittiva, il-bejta l-ġdida nstabet f’post li hu viċin ħafna tax-xatt, simili tat-tieni bejta ta’ din is-sena. Dan ifisser li din il-bejta kienet f’riskju jekk il-kundizzjonijiet tat-temp ma jibqgħux tajbin.
B’din il-bejta tmexxiet b’mod sigur għal ħdejn iż-żewġ bejtiet l-oħra li hemm bħalissa f’din il-bajja. Wara din l-operazzjoni, l-ERA flimkien ma’ Nature Trust se jkomplu jaħdmu sabiex tkun żġurata l-protezzjoni tal-bejta u se tinħareġ ukoll Ordni ta’ Konservazzjoni ta’ Emerġenza.
F’din l-istqarrija, l-ERA u Nature Trust appellaw lill-pubbliku sabiex jaġixxi meta jkun fuq il-bajja jaġixxi b’mod responsabbli minħabba li storjbu eċċessiv, it-tirfis u d-dawl qrib iż-żona tal-bejta jistgħu jkunu ta’ theddida għall-bajd tal-frieken u l-frieħ.