Mara ta’ 54 sena minn Ħal Tarxien, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena, li toqgħod il-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu, fi Triq San Tumas, il-Fgura.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.