Għall-ħabta tas-14.30 minibus li passiġġieri fuqha kien hemm it-tfal inqalbet fi Triq Burmarrad, Burmarrad.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn ġie nnutat li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Avensis li kienet qegħda tiġi misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi u vann tat-tip Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Mġarr. L-istess vann kien qed iġorr ħmistax-il tifla li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 5 u 15-il sena.
Ix-xufier tal-vann u 15-il tifla ttieħdu ġewwa l-Isptar Mater Dei b’numru ta’ ambulanzi. Aktar tard tnejn mit-tfal ta’ 7 snin ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-bniet l-oħra u x-xufier sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.