Karozza tat-tip Volkswagen Bora nqelbet fil-bypass tal-Imdina fl-inħawi ta’ Ta’ Qali.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu meta s-sewwieq, raġel ta’ 25 sena mill-Mosta tilef il-kontroll tal-karozza, ħabat ġo ċint. Kawża ta’ dan, inqelbet il-karozza.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu persuna li nqabdet fil-karozza.
Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza medika lill-midruba.
Huma ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza għal aktar kura.
Is-sewwieq kellu miegħu żewġ passiġġiera, mara ta’ 51 sena mill-Mosta li weġġgħet ħafif u żagħżugħa ta’ 18 -il sena mill-Mosta li weġġgħet gravi.
It-triq ngħalqet għal xi ħin għat-traffiku filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

