Tfajla ta’ 21 sena residenti l-Imġarr ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li nqelbet bil-vettura tagħha tat-tip Toyota Aigo.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:45 fi Triq l-Inkurunazzjoni l-Mosta meta għal xi raġuni t-tfajla tilfet kontroll tal-vettura, ħabtet f’żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati u nqelbet bil-karozza.
Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei aktarx għax-xokk qawwi li kellha fuqha.