Beltija ta’ 56 sena nqalbet bil-karozza matul il-lejl li għadda f’Ħ’Attard.
L-inċident ġara għal ħabta ta’ 23:50 fi Triq il-Kappella tal-Mirakli.Jidher li l-mara tilfet il-kontroll tal-karozza, inqalbet u tkaxkret għal diversi metri fejn laqtet żewġ karozzi pparkjati tat-tip Peugot u Smart.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn il-kundizzjoni tagħha għadha mhiex magħrufa madankollu hu mifhum li sofriet minn ġrieħi ħfief hekk kif hi ħarġet waħidha mill-karozza.