Intraprenditura Messikana li għenet ‘il fuq minn 600 familja biex ikomplu t-tfittxija għall-għibien ta’ membri tal-familja tagħhom ġiet maqtula.
Miriam Rodriguex Martinez inqatlet b’tiri fir-residenza tagħha f’San Fernando fl-istat ta’ Tamaulipas.
Hi kienet magħrufa ferm għal mod ta’ kif investigat il-ħtif u kif ukoll il-qtil tat-tifla tagħha minn membri ta’ grupp li jmexxu d-droga, the Zetas.
L-informazzjoni li hi tat lill-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ dawn il-membri.
Iżda lura f’Marzu wieħed minnhom ħarab mill-ħabs u l-kollegi taħgha qalu li hi bdiet tirċievi theddid.
Sfortunatament hi nqatlet fl-10 ta’ Mejju, f’Jum l-Omm tal-Messiku.
Il-kollegi tagħha qalu li hi talbet lill-Pulizija biex jipproteġġuha iżda dan kollu kien ta’ xejn għax ma għamlu xejn.
Wara li solviet il-każ ta’ bintha, Miriam ħasset li kellha tagħmel iktar u kien għalekk li waqqfet grupp ta’ ġenituri li riedu jsolvu l-każijiet ta’ persuni tal-familja li naqsu wara li l-Gvern bħal qishu ma ried jagħmel xejn.
Dan il-grupp tant kien ta’ suċċess li bħalissa hemm madwar 13-il grupp madwar il-pajjiż fejn il-membri tal-grupp saħansitra ħadu korsijiet fl-antropoloġija, fil-kriminoloġija u bosta oħrajn biex jidentifikaw ċertu traċċi u kif ukoll isiru jafu kif jiksbu ċertu informazzjoni.