Tfajla ta’ 20 sena hija l-ewwel attivista li nqatlet waqt id-dimostrazzjonijiet kontra l-kolp ta’ stat fil-Myanmar wara li ġiet sparata f’rasha.
Iż-żagħżugħa ntlaqtet waqt li l-pulizija ppruvaw jifirdu dawk li kienu qed jipprotestaw permezz ta’ kanuni tal-ilma u balal tal-gomma.
Fl-aħħar ġimgħat il-pajjiż ra jiem ta’ protesti jiskattaw wara kolp ta’ stat li ra l-gvern elett ta’ Aung San Suu Kyi jaqa’.
L-isptar fil-kapitali kkonferma l-mewt taż-żagħżugħa fil-ħdax ta’ filgħodu tal-ħin lokali u l-funeral ħa jsir nhar il-Ħadd.
Tobba fit-taqsima tal-kura intensiva qalu li jħarsu ‘l quddiem lejn pajjiż aktar ġust u li jkomplu jimxu l’quddiem hekk kif f’dawn ġimgħat affaċċjaw pressjoni kbira.