Ġuvni ta’ 19-il sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq Sant Antnin meta x-xufier ta’ vettura tat-tip Ford Escort tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li nqaleb biha.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-ġuvni ta’ 19-il sena, li kien fil-vettura, l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.