Raġel Ingliż ittieħed l-isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-vettura fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 fi triq Aldo Moro fil-Marsa meta vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti l-Kalkara kellha mpatt ma’ vettura tat-tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel Ingliż bil-konsegwenza li nqaleb bil-vettura.
Hu nħareġ mill-vettura fejn fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.