F’dan ir-ritratt tidher karozza antika li nqalbet fi triq Testaferrata fil-Gżira.
Il-karozza għal żmienha kienet moderna. Li wieħed jinnota hu, li għalkemm inċident anke fil-jiem tal-lum jingħata attenzjoni, dak iż-żmien kien ikun rari li jkun hawn karozzi fit-toroq allura meta jiġri xi ħaġa mhux tas-soltu, f’dan il-każ inċident, tista’ tgħid kienu joħorġu n-nies tat-triq u tal-madwar kollha.
Dan l-inċident seħħ madwar l-ahhar tas-snin ħamsin fis-seklu 20.