Sewwieq ta’ vettura flimkien mal-passiġġier taħgha dalgħodu ħelsuha ħafif wara li l-vettura li kienu fiha nqalbet f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti s-Swieqi laqtet il-bankina bil-konsegwenza li nqalbet bil-karozza. Magħha kien hemm passiġġier, raġel ta’ 26 sena minn San Ġiljan li ma sofra ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei. Hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.