Tfajla Maltija nqabdet tipprova ddaħħal id-droga lil priġunier fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-11:00 ta’ filghodu, bit-tfajla ppruvat iddaħħal droga sintetika lil priġunier Malti li bħalissa qiegħed jisskonta sentenza l-ħabs. It-tfajla ħbiet id-droga fi ġlekk.
Din is-sejba saret hekk kif t-tfajla għaddiet mill-scanners ġodda li ġew installati fl-entratura tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi reġgħet waqqfet persuna oħra li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.
Bil-każ ġew infurmati l-pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.
Mhux eskluż li l-mara titressaq il-qorti u tiġi mixlija li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.