Wara l-qabda rekord tal-2018, id-Dipartiment tad-Dwana għadhom kif għamlu l-ewwel qabda tas-sena ta’ aktar minn kilo droga kannabis.
Dan wara li lbieraħ filgħaxija mara Niġerjana li kienet ġejja minn Treviso twaqqfet fl-Ajruport mill-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana. Wara li sar it-tiftix neċessarju nstab li fuqha kellha ħames pakketti li fihom sostniet li kien hemm ħut mnixxef. Ġara li wara li nfetħu l-pakketti nstab li l-kontenut kien marjuana.
B’kollox it-total kien ta’ 1.1kg droga kannabis. L-Iskwadra tal-pulizija ta’ kontra d-droga ġiet infurmata fejn il-passiġġiera ġiet arrestata.
Hi mistennija titressaq il-Qorti llum.