Mara ta’ 42 sena mit-Tajlandja nżammet arrestat wara li tressqet il-Qorti akkużata b’importazzjoni u pusses ta’ droga kannabis b’manjiera indikattiva li ma kienetx għall-użu personali tagħha.
Ann Pierre dehret quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace u wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Justine Grech talbet għal ordni ta’ ffrizar tal-assi tal-imputata bħalma jiġri f’kull każ ta’ ttraffikar ta’ droga. Din it-talba ġiet milqugħa mill-Qorti.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest madankollu kien hawn li l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat hekk kif irrimarkat dwar is-serjetà ta’ dan il-każ, li l-investigazzjoni għadha għaddejja u kif Pierre m’għandiex indirizz fiss.
B’hekk il-Qorti ordnat li l-imputata tinżamm taħt arrest.