Jidher li matul ix-xahar ta’ Awwissu se tkompli tippersisti s-sħana. Minkejja li fl-aħħar jiem gawdejna ftit żiffa ħelwa jidher li t-temperaturi għoljin se jibqgħu magħna.
Din hija aħbar tajba għal min beħsiebu jaqta’ mix-xogħol ħabba l-festa l-festa pubblika ta’ Santa Marija.
Għalkemm ħafna diġà qed isemmu l-għerejjex ta’ Santa Marija, it-tbassir tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, mhux qed ibassar xita fil-jiem li ġejjin.