Għall-ewwel darba Malta u l-Brazil iffirmaw ftehim immirat biex titjieb il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun stabilit mod ferm aktar stutturat ta’ kif isiru laqgħat bejn il-Belt Valletta u Brasilia. Se jkunu esplorati l-possibilitajiet ta’ skambji politiċi, ekonomiċi u kulturali, u se jkun imħeġġeġ l-iskambju bejn iż-żewġ popli.
L-Ambaxxatur tal-Brażil għal Malta żar lill-Ministru għall-Affariijiet Barrannin George Vella, li għaraf l-iffirmar ta’ memorandum of understanding. Fost oqsma ta’ rilevanza għaż-żewġ pajjiżna hemm l-immigrazzjoni, ir-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Brażil, il-kunċett ta’ suq komuni għal pajjiżi tan-nofsinhar u l-komunità Latino-Amerikana u l-istati tal-Karibew.