L-Awtoritajiet Belġjani qalu li minn tal-inqas persuna waħda tinsab maħruba mill-Pulizija wara li l-Pulizija arrestaw żewġ persuni li huma suspettati li huma militanti.
Ġie sostnut li mhumiex qed jeskludu li kien qed jiġi ppjanat attakk ieħor.
Pulizija ta’ kotnra l-attakki terroristiċi qed iżommu fil-kustodja tagħhom żewġt aħwa li fuqhom instab li kellhom armi tan-nar u kif ukoll uniformijiet ta’ uffiċjali tal-Pulizija. Dan wara tfittxija li saret f’għadd ta’ appartamenti fi Brussell.
Wara r-rejds li saru lbieraħ, il-Pulizija għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet.