Saida Agius Idy ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkużata li darbet ħafif uffiċjal tal-pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq semgħet kif il-mara kienet fis-sakra.
Fil-Qorti ntqal li l-mara kienet qiegħda ġġorr sikkina li l-mara allegatament kienet qed tuża biex tiekol tuffieħa. Hu qal ukoll li l-mara tant kienet xurbana li ma tiftakarx l-inċident iseħħ li fih weġġgħet hi wkoll.