Jennifer Shen May kienet appuntata mill-Ministeru għall-ekonomija bħala r-rappreżentanta tal-Malta Enterprise f’Shanghai. Hija se tieħu post Sai Mizzi Liang.
Shen May hija accountant u ilha tikkolabora ma’ pajjiżna għal iktar minn għoxrin sena, għaldaqstant hija familjari ma’ negozju Malti. Primarjament, hija se tkun responsabbli li tattira investiment potenzjali Ċiniż lejn pajjiżna.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Malta Enterprise rringrazzjat lis-Sinjura Sai Mizzi Liang għax-xogħol li għamlet b’risq pajjiżna fl-aħħar snin.