L-iskema Irrestawra Darek, li nfetħet fit-2 t’April ta’ din is-sena, se tkun ingħalqet għall-pubbliku ġenerali llum, jiġifieri wara 12-il ġurnata biss, rekord ġdid għal din l-iskema.
Din is-sena, l-iskema ‘Irrestawra Darek’ rat żieda ġenerali ta’ €2 miljun fil-baġit allokat; fost it-total ta’ €10 miljun, ġew allokati fondi speċjali għal għaqdiet non-governattivi, anzjani li għandhom aktar minn 65 sena, u persuni b’diżabilità.
Minn dawn il-fondi, dawk allokati għall-pubbliku ġenerali, jiġifieri €7.5 miljun, ġew assorbiti kollha. Fuq dawn il-proġetti, l-applikanti se jaraw 70% rifużjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-għola ammont ta’ applikazzjonijiet kienu f’ Tas-Sliema.
Sliema: 54
Żebbuġ Malta: 50
Valletta: 44
Rabat: 40
Żejtun: 35