Bosta qamu maħsuda wara li tliet terremoti fil-baħar viċin il-Greċja nħassu sew minn Malta.
Dan ġie kkonfermat ukoll miċ-ċentru siżmoloġiku fi ħdan l-Universita ta’ Malta, fejn permezz tal-apparat tiegħu ikkonferma r-rapporti ta’ terremot ftit qabel s-siegħa tal-Ġimgha filgħodu.
Rapporti fil-media internazzjonali qalu kif b’kollox inħassew tliet theżżiżiet bl-aktar waħda qawwija timmarka 6.5 fuq l-iskala Richter bit-terremot iseħħ fil-baħar Jonju.