Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali għadu kemm ippubblika sejħa ta’ interess biex tinġabar informazzjoni u ideat għal kif għandu jimxi ’l quddiem il-proġett f’Tas Sliema fis-sit li llum jospita l-parkeġġ biswit is-Sliema Ferries.
Is-sejħa għall-konsultazzjoni preliminari minn dawk interessati se tinkludi dwar kif il-post fi Triq ix-Xatt jista’ jiġi żviluppat b’iżjed parkeġġi, inkluż taħt l-art, f’żona li hi mfittxija sew u għandha problemi ta’ spazji allokati.
Skont id-dettalji tas-sejħa, il-proposti għandhom jiddaħħlu sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar li ġej, fid-9:00 ta’ filgħodu.
Aktar dettalji jinstabu fuq https://www.etenders.gov.mt/epps/pmc/viewPmc.do?resourceId=10624211&fbclid=IwAR0ry-vAiul5AmeSLkWsWm0uTYJ6KQgCk3Q3KBiK3jZhv3JcdkocgmENYc0.