Dgħajsa li kienet qiegħda ġġorr 251 persuna tinqeleb kawża ta’ maltempata fil-kosta tal-Filippini tal-Lvant. Huwa mifhum li iktar minn 3 persuni mietu f’din it-traġedja.
Mewġ qawwi kien irrapurtat iżda dgħajjes lokali sfidaw il-maltemp xorta waħda taw l-ewwel għajnuna tagħhom u pruvaw isalvaw xi individwi li kienu fid-dgħajsa ħdejn l-iżola ta’ Polillo.
Servizzi tal-emerġenza lokali stqarru li d-dgħajsa ġarrbet toqba kbira b’riżultat li d-dgħajsa nqelbet. Numru ta’ individwi għadhom ifittxu l-ilmijiet bit-tama li jsibu n-nies mitlufin.