Il-31 ta’ Marzu 1979. Jum il-Ħelsien.

Ġurnata ttimbrata fl-istorja ta’ pajjiżna fejn jiġi mfakkar l-għeluq tal-bażi Ingliża u meta l-aħħar bastiment Ingliż telaq minn pajjiżna.
It-Tnejn filgħodu ngħatat tislima lil Malta Ħielsa fuq l-għolja tal-Ħelsien f’Xatt ir-Risq, il-Birgu. Iċ-ċerimonja bdiet għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, b’parata mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta minn Pjazza Pawlino Vassallo f’Bormla sal-monument tal-Ħelsien.

Hemmhekk il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta laqgħet lill-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono.
Preżenti wkoll kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-mara tiegħu, Dr Lydia Abela, u David Aguis f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Mal-wasla tagħhom, il-President Myriam Spiteri Debono u l-Prim Ministru Robert Abela, sellmu lil pajjiżna mad-daqq tal-Innu Nazzjonali quddiem il-Gwardja tal-Unur.
Wara, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż selmu lil Malta Ħielsa billi poġġew bukkett fjuri quddiem il-monument tal-Ħelsien.
Din iċ-ċerimonja ntemmet bl-Innu Malti.
Aqra wkoll: