Vettura tat-tip BWM 520D ikkawżat ħsarat estensivi lill-faċċati ta’ residenzi li kienet ipparkjata quddiemhom.
Il-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl meta persuni mhux magħrufa taw in-nar lil din il-vettura.
L-inċident seħħ fi Triq l-Għasafar il-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Pulizija sabiex jiġi kkontrollat in-nar.
Fortunatament ħadd ma’ weġġa’.