Il-pittura tal-Kurunazzjoni tal-Verġni Marija li tinsab fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta ngħata il-glorja li kellha. Dan wara restawr estensiv li sar fuq din l-opra ta’ arti li ġiet impittra fl-aħħar tas-seklu 16. Il-pittura nstabet mitwija u mitluqa.
Ir-restawr li dam għaddej għal kważi 11-il xahar igglorifika l-karatteristiċi uniċi li tħaddan din il-pittura; dan hekk kif minn waħda li ilha ma tara d-dawl tul dawn l-aħħar 20 sena, issa din ser tkun esposta għall-pubbliku u b’hekk tkun tista titgawda minn kulħadd.
Din il-pittura hija unika minħabba l-fatt li tesponi żewġ misteri: dak tat-tbatija bil-kruċifissjoni ta’ Ġesu kif ukoll dak tat-tlugħ is-sema ta’ Marija.
One News tkellem mar-restawratur kif ukoll il-benefattur ta’ dan il-proġett Fr Charles Vella fejn spjegalna dwar l-isfidi li ltaqa’ magħhom waqt li kien qiegħed isir ir-restawr:
Restawr ta’ sfida kbira għax kien fiha ħafna ħsara u huwa kwadru kbir ħafna: iktar ma jkun kbir il-kwadru iktar tkun mifruxa. L-istat pittoriku tagħha kien nieqes kwazi 40-45% minħabba li fil-Gwerra rembluha u kissruha umbagħad kien hemm ħafna interventi li kompla għarraq dan il-kwadru.
Fr Charles Vella spjegalna f’aktar dettall dwar x’kienet tikkonsisti eżattament din il-ħsara li kien fiha l-pittura li għandha valur storiku kbir:
Ir-restawratur Vella spjega d-diffikultajiet li ġabu magħhom l-isfidi li kellha din il-pittura, tant li waslu sabiex minn restawr ta’ tlett xhur dam għal 11-il xahar u li l-ispiza totali laħqet mas-16-il elf ewro.