Mara ta’ 35 sena mill-Qala ngħatat il-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet wara li tressqet il-Qorti mixlija li l-ġimgħa l-oħra rrikattat u tat fastidju lil persuna oħra permezz tal-internet.
Hija kienet akkużata wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu imposti fuqha.
Il-mara, li wieġbet mhux ħatja, għandha tħallas depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.