Ingħatat il-ħelsien mill-arrest l-iskrivana mixlija li għenet lill-imgħallem jiffroda kważi miljun ewro.
Dan hekk kif kompla l-każ ta’ Martin Farrugia u Henriette Cassar, li qed jiġu mixlija b’ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa.
Hija ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxart elef ewro u garanzija personali ta’ ħamsin elf ewro.
Fl-istess waqt, il-Qorti tal-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Martin Farrugia.