Denise Mallia ta’ 44 sena minn Ħ’Attard ingħatat l-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-qorti akkużata b’misappropjazzjoni ta’ fondi ta’ aktar minn għaxart elef ewro.
Hija ġiet akkużata li ħadet il-flus mill-kumpanija Valletta Gateway Terminals, il-kumpanija li kienet taħdem magħha.
Hija wieġbet mhux ħatja u ngħatat l-ħelsien mill-arrest.
Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia.