Il-komunità Yazidi, fit-Tramuntana tal-Iraq ġabet lura aktar minn mitt katavru ta’ nies li nqatlu mill-Istat Iżlamiku fis-sajf tal-2014 meta d-dinja kienet ixxukjata bit-terrur li rat quddiemha jseħħ mill-grupp fundamentalista.
Il-fdalijiet ta’ dawn in-nies ġew identifikati f’oqbra tal-massa fejn ngħataw l-aħħar tislima fil-provinċja ta’ Ninevah.
Eluf ta’ rġiel inqatlu u bosta nisa u tfal spiċċaw skjavi u stuprati meta l-Istat Iżlamiku daħal fl-Iraq, f’żona fejn kienet tgħix din il-komunità.
Il-Ġnus Magħquda kienet sostniet li dak li wettaq l-Istat Iżlamiku kien ġenoċidju.
Qabel mal-komunità Yazidi fakkret il-memorja ta’ dawn in-nies f’Kocho, kull tebut kien fil-kapitali Iraqqina f’Bagdad u saret ċerimonja quddiem il-monument tas-suldat mhux magħruf.
Attivista tad-drittijiet umani tal-pajjiż tenniet li dan huwa l-ewwel pass ’il quddiem fejn jidħol rispett lejn dawn il-vittmi u qrabathom li salvaw dan il-ġenoċidju.